Home page > Public Services & the EU > Past Campaigns on Public Services > EPSU Campaign European Parliament elections 2009 > Public Service Pledge 2009 > languages > EPSU – Wegħda Għall-Ħidma Lejn Servizz Pubbliku Aħjar 2009

EPSU – Wegħda Għall-Ħidma Lejn Servizz Pubbliku Aħjar 2009


GIFGIF

Jiena, bħala kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew 2009, nagħti l-kelma tiegħi għal dan li ġej:

Bażi għal attitudni pożittiva lejn is-Servizz Pubbliku

Jiena nwiegħed li nappoġġja l-proviżjonijiet legali orizzontali fil-livell tal-UE f’dak li għandu x’jaqsam mas-servizz pubbliku.Wara dewmien ta’ aktar minn għaxar snin, wasal iż-żmien li l-membri tal-Parlament jieħdu l-azzjoni meħtieġa.

Jiena nwiegħed li nagħti l-appoġġ tiegħi għal programm ta’ azzjoni mill-UE dwar servizz pubbliku ta’ kwalità għolja, mibni fuq il-Protokoll tas-Servizz Pubbliku, maqbul mis-27 gvern tal-UE fl-2008.

Jiena nwiegħed li naħdem biex tingħadda minn dan il-Parlament direttiva ekwa dwar il-ħinijiet tax-xogħol, kif jidher fir-Rapport CERCAS 2005. Jiena nwiegħed li naħdem bis-sħiħ biex nara li l-Parlament Ewropew jappoġġja attivament is-sistema tad-djalogu soċjali Ewropew u l-qbil bejn il-partijiet kollha kkonċernati.

Bażi għall-ħarsien tas-Saħħa

Jiena nwiegħed li nassigura li kull proposta Ewropea dwar is-servizzi tas-saħħa titlaq mill-prinċipji tas-solidarjetà, l-aċċessibbiltà, l-affordabbiltà u l-universalità. Waħda mill-akbar sfidi li għandha quddiemha l-UE hi kif tinħoloq il-persunalità legali għal dawn il-prinċipji fil-kuntest tat-twassil tas-servizzi tas-saħħa.

Bażi għall-użu għaqli tal-Enerġija

Jiena nwiegħed li nappoġġja l-leġislazzjoni li tkabbar il-kontroll demokratiku tar-regolaturi Ewropej fil-qasam tal-enerġija.

Jiena nwiegħed li nappella lill-Parlament biex dan jagħmel evalwazzjoni komprensiva tal-modi kif ikun jaħdem is-suq tal-elettriku u l-gass fl-2010, b’attenzjoni speċjali fuq l-impjiegi, l-investiment, il-prezz għall-konsum domestiku, u l-iżvilupp sostenibbli.

Bażi għall-Gvernijiet Lokali

Jiena nwiegħed li nassigura li l-proċedura tal-evalwazzjoni tal-Prokura Pubblika tittejjeb, biex tibda tinkludi fiha proviżjonijiet soċjali u ambjentali.

Bażi għall-Amministrazzjoni Nazzjonali

Jiena nwiegħed li naħdem biex il-ħaddiema tal-gvern jingħataw ir-rispett li jixirqilhom fix-xogħol tagħhom, u li abbażi tal-liġi tal-UE fil-kompletezza tagħha, dawn ma jkunux esklużi minn leġislazzjonijiet progressivi f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

Bażi għall-użu għaqli tal-Ilma

Jiena nwiegħed li naħdem biex il-Parlament Ewropew jikkonferma li l-ilma huwa dritt tal-bniedem. Jiena nwiegħed li ma nagħtix is-support tiegħi għall-kummerċjalizzazzjoni jew il-liberalizzazzjoni tas-servizzi tal-ilma u l-privatizzazzjoni tal-utilitajiet tal-ilma.